Sport Waterpolo

San Ġiljan jerġgħu jegħlbu lil Neptunes f’logħba missielta

NEPTUNES BEST GYMS…………. 13

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN……. 16

(2-2), (4-4), (4-6), (3-4)

Għat-tieni darba f’dan il-kampjonat tas-sajf, San Ġiljan MAA Daikin ħarġu rebbieħa fid-derby tal-Balluta kontra Neptunes Best Gyms. Tliet punti li bihom il-Ġiljaniżi baqgħu jsegwu lil Sliema għall-ewwel post, pożizzjoni li tista’ tkun ta’ vantaġġ fil-play-offs.

F’logħba sabiħa, Neptunes kellhom prestazzjoni pożittiva xorta bl-Ungeriż Gergo Zalanki jkollu waħda mill-aħjar logħbiet f’dan is-sajf. Madankollu ħlew ħafna enerġija fuq protesti għall-kontroll tal-uffiċjali tal-logħba wara li fl-opinjoni tagħhom kienu kkastigati b’mod sever fit-tkeċċijiet.

San Ġiljan kellhom il-vantaġġ darbtejn fl-ewwel sessjoni iżda Zalanki wieġeb għall-gowls ta’ Nikolai Zammit u penalty ta’ Aaron Younger. Neptunes marru fuq quddiem fit-tieni sessjoni u rnexxielhom jieħdu vantaġġ ta’ 6-4 iżda gowls ta’ Jeremy Abela minn man-up u Dean Bugeja fl-aħħar minuta u nofs tas-sessjoni kkanċellaw id-differenza.

L-iżvolta tal-logħba seħħet fil-bidu tat-tielet sessjoni hekk kif it-tim ta’ Giorgios Katsaounis skorja darbtejn fl-ewwel minuta tas-sessjoni u marru 8-6 minn fuq. Neptunes kienu kostretti jiġru wara r-riżultat iżda kull darba li skorjaw, San Ġiljan wieġbu kull darba biex żammew il-vantaġġ doppju.  Fl-aħħar sessjoni, Neptunes resqu tliet darbiet gowl bogħod iżda l-gowl minn man-up ta’ Nikolai Zammit żewġ minuti mit-tmiem witta t-triq għar-rebħa, bil-gowl ta’ Ben Plumpton issiġilla r-rebħa.

Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze, G. Zalanki (6), L. Mallia, J. Camilleri (1), K. Dowling, S. Camilleri (3), M. Castillo (1), B. Schranz, J. Bajada (2), A. Fenech, M. Azzopardi, M. Rossi, E. Mallia

San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja (1), D. Tully, R. Caruana (1), A. Younger (5), M. Zammit (1), J. Bonavia, B. Plumpton (2), J. Abela (2), N. Zammit (3), D. Zammit (1), N. Schiavone, Z. Attard, G. Bonavia

Referees: Antonio Guarracino, Alex de Raffaele

Kif Jinsabu

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
Sliema88001449424
San Ġiljan87011229421
Neptunes85031218915
Sirens8305941109
Exiles8107861313
Valletta8008991480
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 25 ta’ Lulju: San Ġiljan v Sirens 8.30pm

Is-Sibt 26 ta’ Lulju: Exiles v Valletta 6.45pm, Sliema v Neptunes 8.00pm