It-tlieta, omm aċċidentalment ħalliet iċ-ċavetta fil-karozza u bintha ta’ seba’ xhur issakkret fl-istess karozza, mingħajr arja kkundizzjonata u bit-twieqi kollha magħluqin. Jum li fih it-temperatura laħqet it-42 grad celsius.
Minnufih, hija ċemplet fuq in-numru tal-emerġenza 112 u lill-Protezzjoni Ċivili li lkoll marru fuq il-post sabiex jassistu u joħorġu lit-tifla mill-karozza. It-tifla mbagħad ittieħdet l-Isptar Mater Dei, b’ambulanza, fejn irriżulta li kienet tinsab f’kundizzjoni tajba.

F’post fuq il-midja soċjali, l-omm qasmet l-esperjenza xokkanti li għaddiet minnha, filwaqt li rringrazzjat liż-żewġ entitajiet għas-servizz professjonali, kalm u immedjat tagħhom.
//= $special ?>