Sport

Aktar atleti Maltin fl-azzjoni fil-European Youth Olympic Festival

 Il-European Youth Olympic Festival (EYOF) li qed isir f’Skopje, fil-Maċedonja, kompla b’aktar atleti Maltin fl-azzjoni.

Fl-atletika tkompla s-serje ta’ riżultati pożittivi minn Thea Parnis Coleiro. Thea Parnis Coleiro, fil-Heat nr, 1, kisbet riżultat mill-aqwa meta temmet fit-tieni post f’24.15 sekondi. Riżultat li bih mhux biss għaddiet għas-semifinali iżda kisret ukoll ir-records nazzjonali fil-kategorija Taħt it-18-il sena u Taħt l-20 sena.

Fil-ġinnastika artistika fl-azzjoni kienet il-protagonista tal-aħħar edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar f’Andorra – Sophie St.John . Riżultati ferm pożittivi jekk wieħed iqis li fil-kompetizzjoni ħadu sehem xejn anqas minn 96 ġinnasta.

Fil-Vault bi 12.650 punti temmet fil-24 post, fl-Uneven Bars b’ 9.80 punti temmet fil-55 post, fil-Floor bi 12.05 punti temmet fil-29 post sabiex l-aqwa riżultat kien fil-Beam fejn b’total ta’ 12.550 punti temmet fit-8 post minn 96 ġinnasta.