Fl-aħħar tliet snin u nofs – bejn Jannar 2022 u d-9 ta’ Lulju 2025 – inħarġu 907 kontravenzjoni dwar vetturi li ġew iċċekkjati minn uffiċjali tal-Pulizija jew tal-LESA wara li ġie stabbilit li kienu mgħobbija żżejjed.
Jirriżulta li għall-perjodu ta’ bejn Jannar 2022 u Settembru 2023 kien hemm tip ta’ kontravenzjoni waħda li kienet tkopri kemm vetturi b’tagħbija żejda ta’ persuni u/jew oġġetti oħra.
Minn Ottubru 2023 ‘il quddiem ġiet introdotta kontravenzjoni oħra li tkopri biss tagħbija żejda ta’oġġetti. In-numru ta’ kontravenzjonijiet li nħarġu għal tali reati li jkopru bejn Ottubru 2023 u d-9 ta’ Lulju 2025, kien ta’ 281.
Id-data fis-sistema elettronika dwar ċitazzjonijiet li ngħataw, tinkludi kull tip ta’ vettura, inkluż lil trakkijiet li jkollhom tagħbija li taqbeż il-livell tal-kaxxa u li jistgħu jkunu qegħdin iħammġu minn fejn jgħaddu.
Dan intqal fil-Parlament mill-Ministru Byron Camilleri għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut.
//= $special ?>