L-attakkant Żvediż ta’ 25 sena Alexander Isak, wera x-xewqa li jħalli lil Newcastle matul dan is-suq tat-trasferimenti. Isak tħalla barra mill-iskwadra ta’ Newcastle li vjaġġat lejn l-Asja għat-tour tal-pre-season.
Newcastle qalu li Isak tħalla barra minħabba injury iżda bosta rapporti internazzjonali indikaw li Isak wera x-xewqa li jiddiskuti l-futur tiegħu ma’ klabbs oħra.
Jirriżulta li l-favoriti li jiksbu l-firma ta’ Isak huma Liverpool li ftit tal-jiem ilu akkwistaw ukoll lill-attakkant ta’ 25 sena Hugo Ekitike.
Matul l-istaġun li għadda, Isak skorja 27 gowl fi 42 partita li lagħab mal-Magpies.
Newcastle se jkunu qed jilagħbu bosta partiti ta’ ħbiberija fl-Asja fosthom kontra Arsenal, K-League All-Star u Tottenham.
//= $special ?>