Il-fekruna Gabrielle ġiet salvata wara li nstabet maqbuda f’borża kbira u kienet qed issib diffikultà biex tgħum.
Kien propju matul il-jum tal-Erbgħa meta uffiċjali tal-ERA raw din il-fekruna meta kienu qegħdin xogħol fuq il-baħar. Wara li ġiet salvata huma infurmaw ukoll lil Wildlife Rescue Team bis-sitwazzjoni.
Il-fekruna li ġiet imsemmija Gabrielle, ġiet eżaminata minn veterinarju fejn qed tieħu l-kura neċessarja bil-għan li din ma titlifx waħda mill-flippers.
Għaldaqstant, permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, l-ERA appellat lill-pubbliku sabiex jagħmlu kuntatt magħhom jew mal-Wildlife Rescue Team meta jinzertaw sitwazzjonijiet bħal dawn, għaliex ħafna drabi tkun meħtieġa kura addizzjonali wara li jitneħħew l-għoqiedi. Dan filwaqt li qalu li episodju bħal ta’ Gabriella jfakkarna biex ma narmux skart fil-baħar għax jista’ jikkawża ħsara kbira lill-ħajja marina.
//= $special ?>