Il-grupp Hamas qed jgħid li aktar persuni mietu f’Gaza minħabba nuqqas ta’ ikel – bin-numru ta’ dawk li tilfu ħajjithom kaġun ta’ nuqqas ta’ ikel jaqbeż il-110. Iżrael qed jgħid li 150 trakk bil-provvisti waslu fiz-zona. Iżda n-Nazzjonijiet Uniti qed jinsistu li dan l-ammont huwa qatra f’oċean.
Fil-fatt, waħda mill-fergħat tan-Nazzjonijiet Uniti sostniet li għandhom mas-6,000 trakk bil-provvisti fil-Ġordan u l-Eġittu li qed jistennew lil Iżrael iħalluhom jidħlu.
Din hija s-sitwazzjoni traġika li qed jaffaċċjaw il-Palestinjani, li għadhom qed ibatu l-ġuħ fil-Medda ta’ Gaza – b’akkużi li Iżrael qed iwettaq ġenoċidju.
L-Erbgħa bil-lejl, il-grupp Hamas qal li 10 persuni oħra mietu minħabba nuqqas ta’ ikel. U l-aġenziji internazzjonali ta’ fejda qed iwissu minħabba l-gravità ta’ din il-kriżi, li qed tkompli tiddeġenera.
B’risposta għal dak li qed jiġri fil-Palestina, il-mibgħut tal-White House Steve Witkoff qed jiltaqa’ mal- Ministru Iżraeljan għall-Affarijiet Strateġiċi u l-Prim Ministru tal-Qatar biex jiddiskutu n-negozjati għal paċi. Dawn il-laqgħat qed isiru fuq il-gżira ta’ Sardinia – bl-ironija tkun li t-taħditiet qegħdin isiru fuq mega yacht mal-kosta ta’ din id-destinazzjoni turistika li tgawdi popolarità kbira fis-sajf. Meta bħalissa, għexieren qed imutu bil-ġuħ f’zoni ta’ gwerra.
Intant, qabel bdew dawn id-diskussjonijiet, il-Hamas kienu diġà batu risposta għal proposta ta’ Iżrael għal waqfien mill-ġlied mifrux fuq 60 jum – risposta li fiha pproponew emendi li jinkludu appell biex titħalla tidħol l-għajnuna umanitarja, u mappa b’zoni fejn l-armata tal-Iżrael għandha titlaq biex jiggarantixxu waqfien mill-glied permanenti f’dawn iz-zoni.
//= $special ?>