Il-komunità Għawdxija mistennija tingħaqad fit-talb għaċ-ċkejken Noah.
Bosta ta’ qalb tajba se jkunu qed jingħaqdu f’velja fis-Santwarju ta’ Pinu, sabiex jitolbu għall-fejqan ta’ malajr ta’ Noah Mizzi. Iċ-ċkejken ta’ sena u erba’ xhur li għereq fil-pool tar-residenza tiegħu t-Tnejn li għadda.
Din il-velja se tkun qed issir għada, il-Ġimgħa 25 ta’ Lulju fis-7:30 ta’ filgħaxija fis-Santwarju ta’ Pinu. Santwarju li jiġbed l-eluf ta’ persuni lejn il-gżira Għawdxija.
Il-velja għaċ-ċkejken Noah mistennija tiġbed lil bosta, li se jkunu qed jitolbu sabiex dan it-tifel jerġa’ lura b’saħħtu u mal-familja tiegħu d-dar.
Noah, sab ruħu f’diffikultà fil-pool ta’ residenza privata f’Għawdex nhar it-Tnejn filgħaxija. Kien propju missieru, Simon Mizzi li kiteb fuq facebook u appella sabiex kulħadd jitlob lill-Madonna ta’ Pinu sabiex dan iċ-ċkejken jerġa’ jsib saħħtu.
Din il-velja qed tkun organizzata mill-ħbieb tal-familja Mizzi u se tkun immexxija minn Fr Joseph Curmi u Fr Richard Nazzareno Farrugia. Kulħadd huwa mistieden sabiex jattendi din il-velja għal Noah Mizzi.
//= $special ?>