Lokali

Il-Kap tal-PN Bernard Grech isellem il-memorja ta’ Anthony Spiteri Debono

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem il-memorja ta’ Anthony Spiteri Debono wara li ħarġet l-aħbar li miet kmieni l-Ħamis filgħodu.

F’post fuq il-midja soċjali l-Kap tal-Partit Nazzjonalista iddeskriva lil Anthony Spiteri Debono bħala raġel awtentiku, umli u ġentili. Huwa spjega wkoll kif Anthony Spiteri Debono minn dejjem kien iħaddan dawn il-kwalitajiet kemm meta kienu flimkien fil-kors tal-liġi, kemm bħala kollega kif ukoll fil-qadi ta’ dmirijietu bħala r-raġel tal-President ta’ Malta.

Għaldaqstant, Bernard Grech qal ukoll li għamel kuntatt mal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono u wassal il-kondoljanzi lilja u lil familtha.