Internazzjonali Sport

Imut Hulk Hogan fl-età ta’ 71 sena

Tħabbret il-mewt tal-leġġenda tal-WWE, Hulk Hogan, li miet fl-età ta’ 71 sena.

Hulk Hogan sofra attakk tal-qalb f’darhu, fi Florida, fl-Istat Uniti, u kellu jittieħed l-Isptar, fejn ġie ċċertifikat li miet l-Isptar.

Hogan, li ismu propja kien Terry Bollea, kien wieħed mill-aktar ismijiet magħrufa fid-dinja tal-wrestling u persuna popolari fil-WWE, matul is-snin tmenin u disgħin.

Hu rebaħ sitt kampjonati tal-WWE, u daħal fil-WWE Hall of Fame fl-2005.

Minkejja diversi sfidi personali u mediċi matul is-snin, Hulk Hogan baqa’ figura prominenti fid-dinja tal-WWE u kulturali, hekk kif hu kien ukoll attur u personalità televiżiva.

Il-mewta tiegħu ħasdet lill-komunità sportiva u lid-dilettanti tiegħu minn madwar id-dinja.

Bosta kienu dawk li esprimew il-kondoljanzi tagħhom lejn il-familjari ta’ Hulk Hogan.