Lokali

Imut Anthony Spiteri Debono – ir-raġel tal-President ta’ Malta

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tan-nutar Anthony Spiteri Debono, li huwa ir-raġel tal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.

Il-koppja Spiteri Debono għandhom tlett itfal. Anthony Spiteri Debono kien nannu ta’ erbgħa: Alexandra, Paul, Pippa u Beppe.

In-nutar Spiteri Debono miet kawża ta’ kumplikazzjonijiet ta’ saħħa.

F’dan il-mument diffiċli, l-Uffiċċju tal-Presidenza talab li tiġi rispettata l-privatezza tal-familja.

Net News iwassal il-kondoljanzi lill-President u lill-familja kollha.