Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tan-nutar Anthony Spiteri Debono, li huwa ir-raġel tal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.
Il-koppja Spiteri Debono għandhom tlett itfal. Anthony Spiteri Debono kien nannu ta’ erbgħa: Alexandra, Paul, Pippa u Beppe.
In-nutar Spiteri Debono miet kawża ta’ kumplikazzjonijiet ta’ saħħa.
F’dan il-mument diffiċli, l-Uffiċċju tal-Presidenza talab li tiġi rispettata l-privatezza tal-familja.
Net News iwassal il-kondoljanzi lill-President u lill-familja kollha.
