Mill-inqas 12-il persuna, bil-maġġoranza jkunu Tajlandiżi, ġew ikkonfermati li nqatlu kawża tal-ġlied bejn is-suldati Tajlandiżi u dawk tal-Kambodja tul il-fruntiera komuni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Dan jimmarka eskalazzjoni ta’ tensjonijiet li ilhom għaddejjin għal aktar minn 100 sena, u li reġgħet bdiet tbaqbaq għal diversi xhur. Il-Kambodja sparat missili u rockets, filwaqt li t-Tajlandja għamlet użu minn ajruplani tal-ġlied.
Filwaqt li uffiċjali f’Bangkok waħħlu fl-aggressjoni tal-Kambodja għall-attakk, il-Prim Ministru tal-Kambodja Hun Manet qal li kienet it-Tajlandja li fetħet attakk, u li kien ippjanat minn qabel.
Pajjiżi fil-viċinanzi appellaw għal tnaqqis fl-intensità tal-kunflitt, fosthom il-Prim Ministru tal-Malasja li sostna li se jitkellem maż-żewġ pajjiżi.
Iż-żewġ stati appellaw lir-residenti li jgħixu ħdejn il-fruntiera biex jevakwaw iz-zona ta’ kunflitt, bit-Tajlandja tevakwa mal-40,000 ċittadin għal zoni aktar siguri.
//= $special ?>