Raġel ta’ 65 sena residenti l-Mellieħa, għal ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħodu, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident fi Triq is-Salina, in-Naxxar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda, tilef il-kontroll, kellu impatt ma’ bankina u waqa`.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>