L-inċidenti ta’ ħbit rappurtati fl-aħħar sentejn fuq il-baħar aktar minn irdoppja, minn 17 għal 41, skont ċifri maħruġa mill-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjoni ta’ Malta.
Iċ-ċifri juru li l-każijiet ta’ nirien u serq minn fuq bastimenti baqgħu konsistenti, u kien hemm ukoll 216-il rapport relatat ma’ ‘ħsarat oħra’, u 20 każ ta’ għarqa.
Kelliem għall-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjoni ta’ Malta qal li fid-dawl tal-fatt li l-użu tal-opri tal-baħar żdied matul is-snin, is-sidien ta’ dgħajjes u jottijiet ta’ rikreazzjoni jiffaċċjaw firxa wiesgħa ta’ riskji kemm għalihom kif ukoll għal oħrajn.
Id-data turi li 96 fil-mija tat-talbiet kienu relatati ma’ inċidenti fl-ibħra Maltin.
Għalkemm inċidenti ta’ nirien u għarqa huma inqas komuni, it-talbiet għandhom tendenza li jkunu għal ammonti kbar.
Filwaqt li l-Assoċjazzjoni qalet li d-dgħajjes għandhon ikunu koperti b’ċertifikat ta’ responsabilità tat-Tielet Parti, appellat ukoll lill-awtoritajiet li jiżguraw infurzar xieraq fil-baħar u li jkun hemm deterrenti kontra prattiċi abbużivi minn xorb jew droga.
//= $special ?>