“Li inti tkun Malti fiha valur imprezzabbli u għalhekk il-gwadann taċ-ċittadinanza Maltija dejjem kellha tkun ibbażata fuq mertu u mhux tranżazzjoni kummerċjali”.
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien intervistat fuq il-programm ‘Perspettivi’ fejn enfasizza li – li tkun Malti fiha favur imprezzabbli u għaldaqstant għalhekk il-Partit Nazzjonalista minn dejjem enfasizza li l-gwadann taċ-ċittadinanza Maltija għandha tkun ibbażata fuq mertu u fuq rabta ma’ pajjiżna u mhux bi tranżazzjoni kummerċjali.
Bernard Grech spjega wkoll li l-poplu Malti u Għawdxi huwa mimli tama, tama li qed joffri l-Partit Nazzjonalista anke issa hekk kif kulħadd qed jistenna l-ħatra ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Dan filwaqt li nsista li ċ-ċittadini huma inkwetati ferm fuq il-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħhom, ta’ uliedhom. Minn sptar li mhux jiflaħ għal aktar żieda fil-popolazzjoni sa infrastruttura tad-drenaġġ li qed tikkollassa.
Huwa indirizza wkoll il-krizi li l-pajjiż qed jaffaċċja bil-provvista tal-elettriku… kriżi li ilha għaddejja għal numru ta’ snin, u li l-Gvern Laburista qed jagħżel li jibqa’ ma jindirizzax.
Dan filwaqt li ddikjara, li meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern, dejjem kellu pjan fit-tul, anke fis-settur turistiku.
Intant, Bernard Grech sellem ukoll lin-Nutar Anthony Spiteri Debono – ir-raġel tal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, li ddeskriva bħala raġel umli u awtentiku.
//= $special ?>