Fi Grupp B, fil-Kampjonat FIBA Diviżjoni C għat-timijiet tal-basketball tan-nisa ta’ Taħt it-18 il-sena, f’Pavello Joan Alay, f’Andorra, wara li l-ewwel partita kontra Georgia, Malta tilfet bl-iskor ristrett ta’ 76 – 67, fit-tieni partita li kienet storja differenti.
F’partita li Malta ddominat tul is-sessjonijiet kollha, Malta għelbet lil Ġibilta’ b’distakk ta’ 62 punt: 89 – 27. Ġibiltà kienu biss fil-partita fl-ewwel sessjoni mirbuħa minn Malta 11 – 6 .
Fi tmiem it-tieni sessjoni b’Gibiltà jonqsu milli jgħamlu punt għal kuntrarju bi 28 punt, sal-mistrieħ Malta għalqet 39-6 .
Fi tmiem it-tielet sessjoni l-iskor tela’ 69 – 19 bil-partita tintemm 89 – 27 għal Malta.
It-tielet partita għal Malta hija kontra Ċipru għal post fis-semifinali.
Fl-istess waqt, ukoll Kampjonat FIBA għat-timijiet Taħt it-18 il-sena Diviżjoni C, fl-azzjoni kien hemm it-tim tal-irġiel immexxi minn Omar Said.
Fil-parita tal-ftuħ fil-Fati Borova National Olympic Centre fl-Albanija, Malta tilfet kontra l-Moldova 69 – 80. Fit-tieni partita kien hemm id-dominju mill-Albanija li ħarġu rebbieħa 87 – 40 filwaqt li fit-tielet partita kontra Lussemburgu, kollox kien deciż fit-tielet sessjoni f’partita mirbuħa mil-Lussemburgu 72 – 46.
//= $special ?>