L-istand tal-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu fil-Public Service Expo Village 2025 ġiet tiswa total ta’ €91,264.47.
L-ispiża tal-Ministeru għall-Finanzi fl-Expo Village ta’ din is-sena tirriżula fi tweġiba li ta l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.
F’din l-istand, fost oħrajn, l-MTCA wieġbet mistoqsijiet dwar it-taxxa, il-VAT u d-dwana, filwaqt li l-MFSA indirizzat dawk relatati mas-servizzi finanzjarji. Saru wkoll podcasts diretti mill-MTCA u l-MFSA.
Jirriżulta wkoll minn mistoqijiet li diġà kienu mwieġba fil-Parlament għal mistqosijiet ukoll tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg, li l-ispiża tal-uffiċċju tal-Prim Ministru fil-Public Expo Village 2025 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2026 kienet ta’ €180,966. Il-park prinċipali u l-hub tas-Servizz Pubbliku ġew jiswew €320,003. L-istamperija tal-Gvern u d-Dipartiment tal-Informazzjoni kellhom stand għalihom li ġiet tiswa €65,220.
Irriżulta wkoll li l-istand tal-Ministeru għall-Ambjent l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, immexxi mill-Ministru Miriam Dalli, fl-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena ġie jiswa waħdu kważi mitt elf ewro għal total ta’ €97,158.
//= $special ?>