Wara ħames snin jaħdem f’isem il-Partit Laburista mingħajr ebda kariga uffiċjali, Neville Gafà irritorna b’xogħol mal-Gvern. Tant li se jkun qed imexxi dak li qed jissajjaħ l-Uffiċċju tal-OPM f’Għawdex.
Dan l-uffiċċju jinsab fix-Xewkija, u minnu Neville Gafà se jkun qed imexxi aġenda li qed titqies kruċjali għall-klikka estremista tal-Labour. Bir-raġuni, ewlenija wara din il-mossa tkun marbuta man-nuqqas ta’ ħeġġa li qed jaraw miċ-Ċentru Nazzjonali fil-mod kif qed jaħdmu l-Ministri Laburisti – tant li issa tefgħu lil Gafà biex isus fuqhom.
Din il-mossa saret wara li fi kliem Gafà stess, l-elettorat Għawdxi bagħat messaġġ lill-Partit Laburista fl-elezzjoni tal-MEPs tas-sena li għaddiet.
Intant, għadu mhux magħruf kemm qed jitħallas Neville Gafà għal dan il-job li ngħata. Li hu żgur hu, li Clint Camilleri, Anton Refalo, u Jo Etienne Abela xejn mhuma kuntenti b’din il-manuvra li kienet ikkordinata minn Jason Micallef u sħabu.