Nhar it-Tlieta, Ħamrun Spartans sabu għadma iebsa meta f’pajjiżna stess lagħbu fl-ewwel leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Champion League kontra l-Ukreni ta’ Dynamo Kiev.
Replay flimkien ma’ dan in-news portal, Net News ġbarna statistika interessanti. In-numri u l-perċentwali miġbura, jgħidu ħafna u kważi dejjem, fit-tmiem ta’ partita futbol, jagħtu spjegazzjoni mingħajr wisq paroli u kliem, speċjalment meta r-riżultat finali ta’ logħba kien wieħed ġust. U naħseb m’hemm ebda dubju li r-rebħa tal-Ukreni f’pajjiżna, bl-iskor ta’ 3-0 kontra ċ-champions Ħamrun Spartans, kienet aktar milli meritata.

Iżda għalfejn diversi siti sportivi madwar id-dinja, fosthom il-paġna ta’ Replay fuq Facebook u Net News, permezz tat-taqsima sport, ukoll nemmnu daqshekk f’din it-tip ta’ statistika, speċjalment fit-tmiem ta’ partita u biex nagħmlu l-analiżi ttagħna?
Sempliċi. Għaliex l-istatistika miġbura fill-futbol hija parti integrali mil-logħba. Id-dettalji jipprovdu għarfien siewi dwar il-prestazzjoni tat-timijiet rispettivi u ferm aktar.
Fil-logħba tal-futbol, l-istatistika hija għodda b’saħħitha għall-analiżi u biex wieħed jifhem aħjar kwalunké logħba; x’kien hemm tajjeb, x’mar ħażin u tant affarijiet oħra.
L-istatistika tipprovdi għarfien siewi dwar il-prestazzjoni tat-timijiet u l-plejers u jgħinu biex jinfurmaw it-teħid tad-deċiżjonijiet fir-reklutaġġ tal-plejers, it-tattiċi, u l-imħatri sportivi.
Madankollu, huwa essenzjali li l-istatistika tintuża b’mod responsabbli u kuntestwalistiku u li jiġu rikonoxxuti l-limitazzjonijiet u l-preġudizzji potenzjali tagħhom.
//= $special ?>