Sport Sport Ieħor

Tadej Pogacar aktar viċin li jirbaħ it-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Pass ieħor importanti għal Tadej Pogacar fejn kompla jersaq aktar qrib li jirbaħ it-Tour de France meta fit-18-il stadju rnexxielu jtemm qabel Jonas Vingegaard biex b’hekk kompla jkabbar id-distakk għall-erba’ minuta u 26 sekonda meta fadal tliet stadji.

L-istadju li ntemm f’Col de la Loze ntrebaħ minn Ben O’Connor li temm minuta u 45 sekonda qabel Pogacar hekk kif fl-aħħar 16-il kilometru rnexxielu jibni vantaġġ komdu.

Il-muntanja Col de la Loze hija l-muntanja fejn sentejn ilu Pogacar kien ikkonċeda t-Tour meta qal li t-tim tiegħu li ma setax ikompli aktar, b’Vingegaard dakinhar jieħu vantaġġ.

It-Tour de France jkompli l-Ġimgħa b’distanza ta’ 130km bejn Albertville u La Plagne.