Futbol Sport

Telfa minima għal Hibernians kontra Spartak Trnava

Hibernians…………………….1

Spartak Trnava…………….2

Hibernians: L. Branescu, A. Zammit (Charleston 69′), M. Ellul, Pedrao, S. Alfred, P. Cacho (L. Caruana 69′), B. Kristensen, J. Degabriele (A. Bruno 69′), P. Alves (D. Bonnici 72′), Miullen (Cleiton 75′), L. Villela

Spartak Trnava: Z. Frelih, P. Nwadike, K. Kostrna, F. Twardzik, L. Holik, R. Prochazka, M. Kratochvil (G. Moistsrapeshvili 84′), M. Mikovic (R. Jureskin 90′), P. Azango (T. Kudlicka 61′), M. Duris (H. Gong 90′), C. Badolo (J. Paur 61′)

Referee: V. Kastrati (Kossovo)

Hibernians sofrew telfa minima ta’ 2-1 kontra Spartak Trnava f’partita li ntlagħbet fit-Tony Bezzina Stadium fl-ewwel leg tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Confernece League.

Kienu Spartak Trnava li marru fil-vantaġġ wara 27 minuta permezz ta’ Libor Holik. Hibernians kibru fil-partita u ġabu l-iskor indaqs fid-79 minuta. Kien corner ta’ Lucas Caruana li sab lis-sostitut Charleston li b’daqqa ta’ ras tajba għeleb lil Ziga Frelih.

Ftit minuta wara, Spartak Trnava ngħataw penalty. Kien pass qasir tas-sostitut Charleston, bil-gowlkiper Laurentiu Branescu jkun kostrett li jwaqqa’ lil Michal Duris fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru, Roman Prochazka ma żbaljax għal skor finali ta’ 2-1.

It-tieni leg jintlagħab nhar il-Ħamis li ġej fi Slovakkja.