Fl-ewwel nof ta’ din is-sena, mill-ewwel ta’ Jannar 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025, saru 280 breathalyser test. Minn dawn kien hemm 157 test li rriżultaw fil-pożittiv, u ċioè sewwieqa konċernati saqu meta qabżu l-limitu ta’ alkoħol ikkonsmat, kif stabbilit mil-liġi.
Dan irriżulta minn informazzjoni li ta fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Ivan Bartolo li staqsa lill-Ministru jgħid kemm saru breathalyser tests mill-2024 sal-lum u jistax jgħid ukoll kemm persuni m’għaddewx minn dan it-test.
Mill-informazjoni li ngħatat jirriżulta li kienu biss ftit aktar minn 20 sewwieq li għamlu l-breathalyser test u rriżultaw fin-negattiv.
//= $special ?>