Aktar atleti Maltin fl-azzjoni f’ġurnata oħra tal-European Youth Olympic Festival (EYOF) li qed isir f’Skopje, il-Maċedonja.
Fl-atletika kompliet iis-serje ta’ riżultati pożittivi b’Thea Parnis Coleiro din id-darba fis-semifinali tal-200 metru. Wara li fil-heats tal-200m Thea Parnis Coleiro temmet fit-tieni post f’24.15 sekondi u għaddiet għas-semifinali, fl-istess semifinali temmet fit-tielet post b’24.06 sekondi fl-Istadium Nazzjonali Todor Proeski, fi Skopje.
Riżultat li bih mhux biss għaddiet għal finali iżda kisret ukoll ir-records nazzjonali fil-kategorija Taħt it-18-il sena u Taħt l-20 sena. Fil-finali b’24.07 sekondi Thea Parnis temmet fis-sitt post fejn kienet biss .01 ta’ sekonda wara Una Jovanovic tas-Serbija fil-ħames post. Il-finali ntrebħet minn Margherita Castellani tal-Italja fi 23.23 sekondi.
Fit-Taekwondofil-kategorija 63 kg, kien hennfl-azzjoni Alycia Cassar li tilfet 2 – 0 kontra Viktoria Rucinski tal-Ġermanja filwaqt li terga’ tkun fl-azzjoni il-ġinnasta Sophie St.John, li għaddiet għall-finali tal-Beam Balance.
//= $special ?>