Lokali

Aktar lokalitajiet bla dawl

Aktar lokalitajiet qed jispiċċaw bla elettriku fl-eqqel tas-sajf. Partijiet mis-Siġġiewi lbieraħ ukoll kienu bla dawl. Partijiet mis-Siġġiewi ngħaqdu mal-lokalità tal-Belt u Tal-Pietà li lbieraħ kellhom il-provvista tal-elettriku maqtugħa.

Aktar rapporti qed jaslu lil din il-Kamra tal-Aħbarijiet b’rapporti ta’ rabja li mhux qed ikollhom provvista ta’ elettriku u li huma wkoll qed jesperjenzaw qtugħ ta’ dawl.

Ħafna residenti li jgħixu fil-parti tas-Siġġiewi fejn inqata’ d-dawl u li tkellmu ma’ din il-Kamra tal-Aħbarijiet qalu li kellhom joħorġu minn darhom u jmorru f’lokalitajiet oħra fejn kien hemm dawl biex ma jibqgħux imsakkrin id-dar fis-sħana u bla dawl fl-eqqel tas-sajf.