Lokali Parlament

Aktar minn 44,000 b’servizz lil baranin fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta

In-nies mhux Maltin li matul is-sena li għadiet irrikorrew għal servizz miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta kien jammonta għal 44,117-il darba fejn dawk li ma kinux Maltin u li ma kinux intitolati għall-kura tas-saħħa b’xejn, ħallsu somma totali ta’ €23,679.

Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo staqsa fil-Parlament lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jgħid, fost l-oħrajn, kemm kien hemm ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) u kemm ċittadini tal-Unjoni Ewropea li użaw is-servizz taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul l-2024 u kemm ħallsu għal dawn is-servizzi.

Il-Minnistru Jo Etienne Abela ma weġibx dwar x’tip ta’ servizzi ngħataw dawn il-parsuni minn dan iċ-Ċentru tas-Saħħa.