Ma seħħewx żgumbramenti minħabba skadenza ta’ kuntratt jew minħabba mġiba ħażina matul is-sena li għaddiet sa Lulju ta’ din is-sena..
L-iżgumbramenti li seħħew f’dan il-perjodu kienu erbgħa każi relatati ma’ okkupazzjoni mingħajr titolu legali, disgħa każi minħabba li l-postijiet ma kinux qed jiġu okkupati mill-inkwilini, u ħames każi fejn l-inkwilin legali miet u l-post ma ġiex ritornat lura lill-Awtorità tad-Djar.
Dan ikkonfernmah fil-Parlament il-Ministru Roderick Galdes għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
//= $special ?>