BIRŻEBBUĠA …………………… 11
MARSASKALA OPTIMA….. 13
(2-4), (3-1), (1-3), (5-5)
Marsaskala Optima kisbu rebħa importanti li biha kkonfermaw posthom fil-play-offs bit-tielet post. Rebħa konvinċenti kontra Birżebbuġa bid-differenza prinċipali kienet il-kontribut tal-plejer barrani tagħhom. Filwaqt li Gergo Kovacs skorja tmien gowls u kien influwenti fil-logħob, Nikola Bursac ma weriex personalità biżżejjed biex imexxi lil Birżebbuġa fl-ilma.
Birżebbuġa kienu kostretti jiġru wara r-riżultat wara li Marsaskala bnew vantaġġ ta’ 4-1 fl-ewwel sessjoni. Huma rnexxielhom jirkupraw id-distakk sa tmiem it-tieni sessjoni iżda qatt ma marru fil-vantaġġ b’Marsaskala fetħu vantaġġ ta’ 8-6 fit-tielet sessjoni. Id-distakk baqa’ minimu fl-aħħar sessjoni sakemm doppjetta taż-żagħżugħ Tom Fenech wittiet it-triq għar-rebħa ta’ Marsaskala.
Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (1), M. Cassar, N. Bursac (3), J. Ciantar (1), L. Axisa, J. Abdilla, N. Saliba (2), D. Farrugia, M. Cutajar, M. Mannino (3), N. Bugelli (1), S. Livori, J. Saliba
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, T. Fenech (3), J. Pace Mizzi, J. Simpson, R. Greco, M. Agius, G. Kovacs (8), K. Grech, G. Sammut (2), M. Curmi, T. Camilleri, L. Gatt, N. Rizzo
Referees: Ronnie Spiteri, Michele Paoletti
BARRACUDAS………………… 11
OTTERS NIVEA………………. 19
(1-6), (3-3), (3-6), (4-4)
Otters Nivea kkonfermaw it-tieni post qabel il-play-offs b’rebħa oħra konvinċenti. Kif mistenni għelbu lil Barracudas biex kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva. It-tim Għawdxi beda mill-ewwel fuq nota pożittiva u bena vantaġġ komdu fl-ewwel sessjoni b’erba’ gowls konsekuttivi. Barracudas wettqu reazzjoni u ma ppermettewx lil Otters ikabbru l-vantaġġ, għalkemm Otters żammew distakk komdu ta’ 9-4 qabel il-ħin tal-mistrieħ.
Kien fit-tieni parti tat-tielet sessjoni li Otters inqatgħu definittivament minn mal-avversarji u tliet gowls fl-aħħar żewġ minuti tas-sessjoni, kabbru l-vantaġġ għal 15-7. It-tim ta’ Mijat Mijatovic kompla jikkontrolla fl-aħħar sessjoni għal rebħa komda.
Barracudas: A. Micallef, L. Bowman (1), L. Schiavone, P. Micallef, L. Bowman, R. Sciortino, N. Farrugia, J. Schembri Young, S. Apap, G. Massa (2), L. Pursehouse (2), M. Guidi (5), I. Schembri, J. Dimech (1)
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (2), A. Dimech (1), C.J. Saliba (1), M. Meli, N. Camilleri, D. Gogov (4), A. Azzopardi (1), L. Dimech (3), V. Figliomeni (3), M. Farrugia (1), P. Tabone (3), Z. Dzanovic, S. Cutajar
Referees: Michele Savino, Stefan Licari
Kif Jinsabu
L-Ewwel Diviżjoni
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Marsaxlokk | 8 | 8 | 0 | 0 | 152 | 101 | 24 |
Otters | 9 | 6 | 1 | 2 | 141 | 111 | 19 |
Marsaskala | 9 | 5 | 0 | 4 | 128 | 128 | 15 |
Birżebbuġa | 9 | 4 | 0 | 5 | 125 | 116 | 12 |
Ta’ Xbiex | 8 | 2 | 1 | 5 | 106 | 113 | 8 |
Barracudas | 9 | 0 | 0 | 9 | 78 | 161 | 0 |
Logħob li jmiss
Is-Sibt 26 ta’ Lulju: Marsaxlokk vs Ta’ Xbiex 5.30pm
//= $special ?>