Il-President ta’ Franza Emmanuel Macron ħabbar li Franza se tkun qed tirrikonoxxi l-Istat Palestinjan minn Settembru li ġej.
F’post fuq il-midja soċjali Macron qal li se tidħol fis-seħħ wara l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti filwaqt li sostna fuq l-importanza li l-gwerra f’Gaza tiġi fi tmiemha bil-għan li l-popolazzjoni ċivili tkun salvata. Huwa qal ukoll li l-paċi fil-Lvant Nofsani huwa possibbli.
Fil-post il-President Macron inkluda wkoll l-ittra li bagħat lill-President tal-Palestina Mahmoud Abbas dwar id-deċiżjoni li ħadet Franza fil-konfront tal-Palestina.
Għaldaqstant kelliem għall-Palestina qal li l-pożizzjoni ta’ Franza tirrifletti l-impenn lejn il-liġi internazzjonali kif ukoll tirrifletti s-sapport lejn id-drittijiet tal-Palestinjani. Dan apparti li jittamaw li pajjiżi oħra jimxu fuq l-eżempju ta’ Franza.
Intant, il-Gvern Malti huwa wieħed mill-pajjiżi li falla milli jirrikonoxxi l-Istat Palestinjan dan hekk kif wara li kien wiegħed li f’Ġunju se jieħu pożizzjoni dwar din il-materja, id-deċiżjoni qatt ma tħabbret.
//= $special ?>