Futbol Sport

Ftehim milħuq bejn Arsenal u Sporting għall-akkwist ta’ Viktor Gyokeres

Viktor Gyokeres
Viktor Gyokeres

L-objettiv numru wieħed għal dan is-sajf ta’ Arsenal, l-attakkant Żvediz Viktor Gyokeres għandu jkun ikkonfermat uffiċjalment fis-sigħat li ġejjin bħala akkwist ġdid tal-Gunners.

Rapporti fil-media Brittanika qed jgħidu li Arsenal laħqu ftehim ma’ Sporting biex jiffirmaw lill-plejer ta’ 27 sena wara li jagħmel b’suċċess it-test mediku f’Londra. Hu mifhum li Arsenal se jkunu qed iħalsu s-somma ta’ £63.8 miljun lill-klabb Portugiz.

Appena Gyokeres jiffirma ma’ Arsenal, l-attakkant se jkun qed jingħaqad mal-bqija tal-iskwadra taħt il-gwida teknika ta’ Mikel Arteta, għall-pre-season tour fl-Asja.