Lokali

Il-funeral ta’ Anthony Spiteri Debono se jsir nhar it-Tlieta

Konfermat li nhar it-Tlieta li ġej se tingħata l-aħħar tislima lin-nutar Anthony Spiteri Debono – ir-raġel tal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.

Il-funeral se jsir fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta fis-2 ta’ waranofsinhar.

Anthony Spiteri Debono miet il-Ħamis filgħodu fl-età ta’ 78 sena wara kumplikazzjonijiet f’saħħtu.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President appella biex f’dan il-mument mill-aktar diffiċli tiġi rispettata l-privatezza tal-familja.