Il-plejer tat-tennis, Alex De Gabriele, kompla l-istaġun kompettitiv tiegħu bil-parteċipazzjoni fl-FISU World University Games f’Essen, il-Germanja. F’dan it-tournament ħadu sehem atleti Universitarji minn 51 pajjiz.
De Gabriele kien qiegħed jirrappreżenta lil Malta bħala parti minn kontinġent li fih kien hemm jipparteċipaw ukoll studenti oħra mid-dixxiplini tal-Atletika, Judo u Badminton. Il-kontinġent kien immexxi minn Malta University Sports Assocation (MUSA).
Fil-kompetizzjoni tas-singles, De Gabriele kiseb rebħa fit-tieni round kontra l-atleta mit-Tajwan, Tzu Li Chang f’logħba missielta bil-puntegg ta’ 6-3, 4-6, 7-6. Din il-logħba damet għaddeja kważi tilet sigħat.
B’din ir-rebħa De Gabriele avvanza għat-tielet rawnd fejn kellu l-opportunitá li jilgħab mas-seed numru wieħed tat-tournament, Coleman Wong li kien qed jirrappreżenta liċ-Ċina Hong Kong.
Wong, li huwa plejer professjonali fl-ATP kellu ranking mondiali ta’ 128 hekk kif rebaħ kontra Ben Shelton tal-Istati Uniti; dan tal-aħħar huwa plejer li attwalment jinsab mal-aqwa għaxra tar-ranking dinji.
Quddiem folla mdaqqsa fic-Centre Court ta’ Essen, De Gabriele kellu wirja pożitiva iżda tilef bl-iscore ta’ 6-2, 6-2. Fiż-żewġ sets De Gabriele kien quddiem fil-punteġġ iżda l-esperjenza u l-kalibru ta’ Wong kienu wisq għal De Gabriele.
Dan kien l-aħħar impenn ta’ De Gabriele fl-Ewropa, qabel ma issa jirritorna fl-Istati Uniti biex ikompli l-aħħar sena tiegħu fl-Universitá ta’ North Carolina, f’Wilmington (UNCW) fejn fost oħrajn se jkun qiegħed jimmira li jikseb għal darba oħra t-titlu tac-CAA Conference.
L-impeji internazzjonali li jieħu sehem fihom De Gabriele qed ikunu possibbli grazzi għall-appoġġ kontinwu ta’ Sport Malta u l-Malta Tennis and Padel Federation.
//= $special ?>