Sport

It-tim Malti tan-Nisa tal-Basketball jirbaħ lil Ċipru

Meta kompla l-Kampjonat FIBA Diviżjoni Ċ għat-timijiet tan-nisa ta’ Taħt it-18 il-sena, it-tim Malti rebaħ il-Ċipru fis-semifinali.

Wara li f’Pavello Joan Alay f’Andorra, fi Grupp B, Malta tilfet kontra Georgia, bl-iskor ristrett ta’ 76 – 67, iżda wara għelbet lil Ġibiltà b’distakk ta’ 62 punt: 89 – 27 , it-tielet partita kienet kontra Ċipru għal post fis-semifinali tal-kompetizzjoni. Malta rebħet din il-partita bi skor finali ta’ Malta  71 – Ċipru 67.

Kienet partita perfetta mis-selezzjoni Maltija fejn wara li l-ewwel sessjoni l-punti alternaw b’mod li Ċipru għalqet 18 – 17, ft-tieni sessjoni Malta kienet aktar fil-partita minn 22 – 18 fil-vantaġġ għal 30 – 30 bis-sessjoni tintemm 34 – 32 għal Malta. It-tielet sessjoni kienet konferma b’Malta żżomm il-vantaġġ 44 – 48 .

Minkejja li fl-aħħar sessjoni Ċipru minn żvantaġġ ta’ 51 – 57 reqsu sa 62 – 64, ir-reazzjoni mit-tim Malti fl-aħħar minuti wasslet għal 62 – 67 u eventwalment kontroll tal-partita li ntemmet Malta 71  Ċipru 67

Fl-istess waqt ukoll fil-Kampjonat tal-FIBA għat-timijiet Taħt it-18 il-sena f’Diviżjoni C, fl-azzjoni kien hemm it-tim tal-irġiel immexxi minn Omar Said.

Malta sfat megħluba minn Andorra 56 – 74 fil-Fati Borova National Olympic Centre, f’Tirana, fl-Albanija,