Minkejja twissijiet biex il-poplu jibqa’ d-dar u jżomm kemm jista’ jkun frisk, dan ma setax ikun possibbli għal bosta familji hekk kif għal darb’oħra reġġgħet inqatgħet il-provvista tal-elettriku.
Din id-darba kien imiss il-Belt Valletta u l-lokalità Tal-Pieta li esperjenzaw dan il-qtugħ; għat-tieni darba fi ftit jiem.
Il-provvista tal-elettriku nqatgħet għal madwar sagħtejn – bl-elettriku jiġi u jitlaq diversi drabi f’dawk is-sagħtejn.
Residenti li tkellmu ma’ Net News spjegaw li skont informazzjoni li ġabu mingħand l-Enemalta jidher li kien hemm xi problemi fis-substation li affettwat numru ta’ residenti, sakemm eventwalment mar id-dawl.
Il-problema fil-qtugħ tad-dawl hija problema rikorenti li qed tolqot lil Malta u l-Għawdex ta’ kull sajf, riżultat ta’ nuqqas ta’ ppjannar fit-tul minn naħa tal-Gvern ta’ Robert Abela, hekk kif l-infrastrutura mhux tlaħħaq maż-żieda fil-popolazzjoni.
//= $special ?>