“Ma nistgħux nibqgħu insara tal-qoxra. Irridu nkunu koerenti fl-għażliet illi nagħmlu”,
Dan huwa l-appell b’saħħtu li għamel nhar il-Ħadd li għadda l-Isqof t’Għawdex Anton Teuma permezz tal-paniġierku li wassal f’jum il-festa ta’ San Ġorġ Martri.
Hawn, Monsinjur Anton Teuma stqasa kif Kristjsan jista’ jgħaqqad flimkien id-disprezz lejn il-ħajja u l-quddiesa tal-Ħadd. “Kif nista’ nemmen fl-abort u nemmen f’Alla u f’Ġesu Kristu”, staqsa l-Isqof. Filwaqt li appella biex in-nies ifittxu u jistaqsu għal tweġibiet infurmati – inkluż dwar l-Ewtanasja.
L-Isqof t’Għawdex wissa wkoll dwar ir-rebgħa għall-flus; li fis-soċjetà tagħna saru l-iskop għal kull ħaġa li nagħmlu. B’Monsinjur Teuma jinsisti li mhux il-flus jagħmlu lill-bniedem kuntent, iżda li persuna tgħix b’dinjità u taqdi lin-nies ta’ madwarha – li tkun utli, u tħobb.
//= $special ?>