It-Team Malti tal-weightlifting fil-Kampjonati tal-Ewropa taż-Żgħażagħ u ta’ Taħt il-15-il sena kellu riżultat mill-aqwa minn Nathan Mifsud fejn f’dawn il-Kampjonati kkompeta fil-kategorija 56kg flimkien mal-aqwa 16-il weightlifter fl-Ewropa.
Wara li Mifsud temm fl-ewwel post fil-grupp li kien fih, eventwalment temm fis-sitt post fil-klassifika ġenerali.
Nathan Mifsud b’refa’ ta’ 84 kilo fis-snatch fejn temm fil-ħames post fil-clean & jerk, refa’ 104 kilo biex temm fis-sitt post sabiex b’total ta’ 188 kilo kkonsolida post fis-sitt post fil-klassifika ġenerali fejn temm qabel weightlifters mill-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Polonja u Spanja.
Fl-istess Kampjonati l-attenzjoni issa tmur fuq Kim Camilleri Laganà.
//= $special ?>