Sport Waterpolo

San Ġiljan ipoġġu l-pressjoni fuq Sliema b’rebħa li mmaturat fl-aħħar sessjoni

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN……….. 19

SIRENS BUILD FITNESS…………….. 12

(4-4), (2-1), (7-5), (6-2)

San Ġiljan MAA Daikin komplew ipoġġu l-pressjoni fuq Sliema qabel il-konfront tal-lum kontra Neptunes u l-konfront dirett b’rebħa missielta kontra Sirens Build Fitness. Tliet punti li waslu meritatament iżda mhux qabel tħabtu kontra avversarju li prova jikseb riżultat pożittiva u meta wieħed jikkunsidra kollox, forsi r-riżultat finali ma jagħmilx ġustizzja ma’ Sirens.

San Ġiljan fetħu tajjeb b’żewġ gowls bikrin iżda Sirens irkupraw u saħansitra marru 4-3 minn fuq sakemm Dean Bugeja għamel l-iskor indaqs. Kydon Agius reġa’ poġġa lil Sirens fuq quddiem fit-tieni sessjoni filwaqt li Jake Bonavia wieġeb. Fl-aħħar sekondi tas-sessjoni, minn żball fl-attakk ta’ Sirens, Nikolai Zammit irnexxielu jpoġġi lil San Ġiljan 6-5 minn fuq.

L-istess plejer skorja doppjetta fit-tielet sessjoni għal 8-6 u Russell Caruana għamel l-istess biex San Ġiljan kabbru d-distakk għal 12-8. It-tim ta’ Giorgos Katsaounis beda l-aħħar sessjoni 13-10 iżda kkontrolla b’għaqal, bil-Ġiljaniżi qatt ma dehru li setgħu jitilfu l-logħba speċjalment wara l-gowls ta’ Caruana u Bonavia. Huma saħansitra kellhom il-ħin biex ikabbru l-marġni tar-rebħa hekk kif Sirens ramew ix-xugaman lejn it-tmiem.

San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja (1), D. Tully, R. Caruana (5), A. Younger (2), M. Zammit (1), J. Bonavia (4), B. Plumpton (1), J. Abela (2), N. Zammit (3), D. Zammit, N. Schiavone, Z. Attard, G. Bonavia

Sirens: J. Parnis, P. Serracino, N. Bicari (4), P. Borg (2), J. Cachia (2), K. Agius (1), M. Ortoleva (1), I. Riolo, J. Zerafa Gregory, M. Sciberras, Z. Mizzi (2), G. Farrugia, M. Bonello DuPuis, G. Pace

Referees: Michele Savino, Alex de Raffaele

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
Sliema88001449424
San Ġiljan980114110624
Neptunes85031218915
Sirens93061061299
Exiles8107861313
Valletta8008991480
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties