Futbol Sport

STATISTIKA | Telfa għal Hibernians iżda b’wirja organizzata

Hibernians kontra FC Spartak Trnava
Hibernians kontra FC Spartak Trnava

Hibernians kienu jafu li kontra FC Spartak Trnava tas-Slovakkja kienet se tkun diffiċli, iżda minkejja dan, il-plejers taħt it-tmexxija ta’ Branko Nisevic offrew reżistezna tajba lill-avversarji tagħhom u tilfu 2-1, b’rashom ‘il fuq.

L-istatistika miġbura fit-tmiem ta’ din il-logħba turi li FC Spartak Trnava kienu l-aħjar tim fil-pitch iżda turi ukoll li l-Maltin kien tattikament organizzati u kollox għad jista’ jiġri fit-tieni logħba bejn it-tnejn li tintlagħab nhar il-Ħamis, 31 ta’ Lulju, f’Anton Malatinsky Stadium.