Lokali Qorti

Tliet snin probation għax ipparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ minuri u li minnha kellu tarbija

Żagħżugħ ingħata probation ta’ tliet snin wara li ammetta li kien qed jipparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ tfajla li għandha 15-il sena meta hi kkunsmat tarbija minn tiegħu. Ir-raġel li għandu 23 sena, li ismu ma jistax jissemma’ fuq ordni tal-Qorti, kien ukoll akkużat li kkorrompa tifla taħt l-età.

It-tifla qalet fil-Qorti li allegatament dan seħħ meta kellha 15-il sena. Hija u l-akkużat li kienu f’relazzjoni għal sentejn u nofs sa dak iż-żmien. It-tifel tagħhom kellu xahar wieħed meta hi tat ix-xhieda tagħha.

It-tifla qalet li ma riditx tixhed kontra l-akkużat, u li riedet tkompli tgħix miegħu kif għamlet sa minn Awwissu 2023. It-tifla esprimiet ukoll ix-xewqa tagħha li tkompli tistudja.

L-akkużat kien jattendi barbeques tal-familja minħabba li kellhom relazzjoni tajba. L-omm qalet li ħasbet li l-koppja kienet ikkunsmat it-tarbija “biex ipattuhielha” għax ridithom jieqfu minħabba d-differenza fl-età.

Mix-xhieda tal-mara ħareġ ukoll li “ta xi daqqa”, u li t-tifla kienet qed tistenna tarbija minn raġel ieħor. Rappreżentant tas-Servizzi għall-Protezzjoni tat-Tfal xehed li kienu ġew infurmati li żagħżugħa ta’ 15-il sena kienet spiċċat tqila minn żagħżugħ ta’ 23 sena.

Ir-relazzjoni tagħhom kienet kunsenswali, u r-raġel kien ħabib tal-familja. Ix-xhud qal lill-Qorti li waqt li t-tifla kienet qed twelled it-tarbija tagħhom, hija talbet lill-akkużat biex ibaxxi l-volum tal-mobile tiegħu, u r-raġel kisser il-mobile. 

Wara li t-tifla ħarġet mill-Isptar Mater Dei, hi marret tgħix mal-akkużat. L-omm baqgħet f’kuntatt ma’ bintha. Madankollu, skont is-Servizzi ta’ Protezzjoni tat-Tfal, it-tifla ma tantx uriet kooperazzjoni magħhom.

Fl-istqarrija tiegħu lill-Pulizija, l-akkużat aċċetta li t-tfajla kienet biss ta’ 15-il sena. Hu qal li kienu saru jinħabbu u l-omm bdiet taċċetta r-relazzjoni tagħhom. Fil-kunsiderazzjonijiet tagħha, il-Qorti osservat li t-tifla ma riditx tixhed u billi ħadet inkonsiderazzjoni tax-xewqa tagħha, ma sabitx liż-żagħżugħ ħati li kkorrompa minuri.

Qalet li dan sar fl-aħjar interess tat-tarbija. Il-Qorti sostniet li t-tfal bil-ġenituri li jispiċċaw il-ħabs jiffaċċaw diversi żvantaġġi fil-ħajja tagħhom. Għaldaqstant huwa ngħata ordni ta’ probation ta’ tliet snin wara li ammetta l-ħtija tiegħu li kien involut f’attivitajiet sesswali ma’ minorenni.

Is-sentenza ngħatat mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wara li l-akkużat wieġeb ħati.