Internazzjonali

Il-Mara tal-President Franċiż Emanuel Macron tiftaħ kawża wara għajdut li hi transesswali

Untitled design - 1

Il-President Franċiż Emanuel Macron u l-mara tiegħu Brigitte, fetħu kawża ta’ libell fil-konfront tal- oppinjonista Amerikana, Candace Owens – dan wara li Owens saħqet li l-mara tal-President Franċiż twildet bħala raġel.

Il-Kawża infetħet propju fil-Qrati Amerikani u r-rapreżentanti tal-koppja Franċiża saħqu li ma kienx hemm mod ieħor wara li din l-oppinjonista Amerikana ilha ‘l fuq minn sena tpoġġi ‘l quddiem din l-allegazzjoni.

Intant lura fl-2022 kien hemm ukoll persuni li tkellmu fuq dan is-suġġett u huma wkoll kienu allegaw li Brigette Macron hija filfatt mara transesswali.

Candace Owens saħqet li hi mhu ser tibża’ u li l-koppja Presidenzjali mhux ser twaqqafha – filwaqt li qalet ukoll li ser tressaq provi quddiem il-Qrati meta filatt jibdew il-proċeduri.

B’Owens tallega wkoll li l-President Franċiż u l-mara qed jiġu mheddha minn terzi  u għalekk jinsabu fi stat ta’ paniku sabiex jikkontaminaw din l-istorja. Paniku, wara li skont Owens, Macron kien għad kellu 14-il sena meta bdiet forma ta’ relazzjoni mal-persuna li llum hi l-mara tiegħu. Brigitte Macron hi ‘l fuq minn 20 sena ikbar mill-President Franċiż u kienet l-għalliema tiegħu.

Filwaqt li l-President Franċiż qal li din il-kawża nfetħet minħabba li sforz, l-allegat gideb fil-konfront ta’ Martu, qed issir ħsara kbira fuqu u fuq il-familja tiegħu.