Minkejja l-wegħdiet ripetuti tal-Gvern u tal-Ministru Miriam Dalli sena wara l-oħra, dan is-sajf qed jippersisti l-qtugħ tad-dawl f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Fejn l-irħula l-aktar affetwati kienu jinkludu n-Naxxar, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, San Ġwann, Ta’ Sannat, il-Belt Valletta, Tal-Pietà, fTas-Sliema u anke Ħal Qormi.
Matul il-jum tal-Ġimgħa, Net News żar il-belt fejn hemmhekk staqsejna lin-nies dwar l-impatt li qed iħalli l-qtugħ tad-dawl fuqhom.
Hawnhekk, kienu bosta l-persuni, li kktritikaw in-nuqqas ta’ azzjoni biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni tal-qtugħ tad-dawl.
Uħud qed jgħid li dan is-sajf ma ġewx affetwati, filwaqt li oħrajn spiċċaw jirrikorru għal generator, jew joqodu fil-gallarija biex jieħdu ftit arja.
Din il-ġimgħa, il-Partit Nazzjonalista spjega kif anke s-sidien tal-ħwienet u l-istabbilimenti qed iwissu dwar ir-riperkussjonijiet li qed ikollu l-qtugħ tad-dawl fuq in-negozji – minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni u ppjanar tal-Gvern fis-settur tal-enerġija.
Fl-aħħar jiem fil-fatt… diversi sidien ta’ stabbilimenti kkummentaw u lmentaw dwar din is-sitwazzjoni inaċċettabbli. U f’post fuq il-midja soċjali, is-sidien ta’ ristorant ewlieni spjegw kif matul il-jum tal-Ħamis, kellhom jagħlqu l-istabbiliment tagħhom minħabba li nqatgħalhom id-dawl darbtejn, f’temp ta’ 24 siegħa.
Fl-istess stqarrija, il-PN insista li l-Gvern qed jirrovina lin-negozji. Filwaqt li, staqsa direttament lil Robert Abela hux se jiġu kkumpensati tad-danni li qed isofru kull darba li jinqata’ d-dawl. Dan apparti l-eluf ta’ familji li għal sajf ieħor ġew milquta minn qtugħ fil-provvista tal-enerġija.
//= $special ?>