Aktar rekords ġew mwaqqfa fil-University Games li qed isiru f’Rhine-Ruhr il-Ġermanja, din id-darba l-atleti Mireya Bugeja u Isaac Bonnici waqqfu rekord fil-kategoriji ta’ taħt l-20 u t-23 sena rispettivament.
Bugeja rnexxielha twaqqaf rekord fl-1500 metru meta għamlet id-distanza f’ħin ta’ 4:26.85 sekonda. Hi temmet it-tellieqa fil-11-il post. Il-ħin tagħha kien 0.20 sekonda aktar veloċi mir-rekord personali tagħha.
Minn naħa l-oħra, Isaac Bonnici kien fl-azzjoni fil-heats tat-800 metru fejn temm f’ħin ta’ 1:52.03 sekonda biex temm fis-seba’ post. L-istess bħal Bugeja hu rnexxielu jwaqqaf rekord fil-kategoriji ta’ taħt l-20 u t-23 sena rispettivament. Hu tajjeb il-ħin tiegħu b’0.38 ta’ sekonda.
//= $special ?>