Max Verstappen rebaħ l-isprint race fi Spa fil-Belġju fejn irnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Oscar Piastri u Lando Norris biex b’hekk kiseb ukoll tmien punti.
Din kienet l-ewwel rebħa għal Red Bull taħt it-tmexxija tat-team principal l-ġdid Laurent Mekies.
Intant Lando Norris rebaħ il-Pole Position u se jkun qed jibda fuq quddiem flimkien ma’ sieħbu tat-tim Oscar Piastri. Charles Leclerc ta’ Ferrari se jibda mit-tielet post u se jkun segwit minn Max Verstappen ta’ Red Bull.
Diżappunt kemm għas-sewwieq ta’ Ferrari Lewis Hamilton u anke għas-sewwieq ta’ Mercedes Kimi Antonelli li se jkunu qed jibdew mis-16 u t-18-il post rispettivament.
//= $special ?>