Lokali

Żagħżugħ ta’ 27 sena imut wara inċident fatali bil-mutur

Żagħżugħ ta’ 27 sena residenti Raħal Ġdid, kmieni dalgħodu tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku
f’Pembroke.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1am fi Triq Sant’Andrija.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW 1 Series misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Honda misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur minnufih ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza.

Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.