Rapporti internazzjonali qed jisħqu li 25 fil-mija tat-tfal u n-nisa tqal f’Gaza jinsabu f’kundizzjoni ta’ malnutrizzjoni akuta – bil-ġuħ u l-aks f’Gaza qed ikompli jintensifika.
Dan hekk kif qed tkompli l-battalja bejn it-terroristi tal-Hamas u l-Iżraeljani, battalja li ilha għaddejja mill-2023 minn meta l-Hamas wettaq l-attakki tas-7 ta’ Ottubru fuq eluf ta’ Iżrealjani.
Intant din il-gwerra qalila issa laħqet livelli ġodda ta’ kriżijiet umanitarji, anke minħabba li f’Gaza preżentament hemm problemi kbar ta’ distribuzzjoni tal-ikel.
In-Nazzjonijijet Uniti min naħa tagħha qalet li hemm bżonn li mill-aktar fis possibli l-exieren ta’ konsenji ta’ prodotti essenzjali, li hemm mal-fruntiera ta’ Gaza, jibdew jitqassmu kif suppost, filwaqt li saħqet li l-Istati Uniti u Iżrael jridu jagħmlu biċċa xogħol ferm aħjar fejn tidħol id-dirtribuzzjoni. Dan fost appelli oħra sabiex ma jsirux attakki fuq ċivili li jkunu qiegħdin f’akwati fejn hemm il-kampijiet tad-distribuzzjoni.
Intant ħafna mill-konsenji tal-ikel u prodotti essenzjali qiegħdin jiġu provduti mill-Istati Uniti u Iżrael, però qed ikun hemm kriżijiet u problemi kbar fejn tidħol id-distribuzzjoni u tqassim kif suppost – bil-World Food Programme tisħaq li għalxejn li tibgħat l-ikel meta f’Gaza imbgħad qed jirnexxielu jidħol biss ‘farka minn dak li hemm verament bżonn’.
Min naħa l-oħra l-kundanni kontinwi fuq l-Istat Iżrealjan qed ikomplu jitfgħu pressjoni kbira, kemm fuq il-Gvern preżenti, u b’mod partikolari fuq il-Prim Ministru Netenyahu. B’exieren ta’ ġurnalisti jisħqu li dak li qed isir f’Gaza mhux biss hu ġenoċidju, imma wkoll tattika kiefra, li ttir tagħha hu biss li tpoġġi l-Palestina fi stat ta’ kriżi kbira sabiex it-terroristi tal-Hamas iċedu għall-Iżraeljani.
Però riżultat ta’ dan, għexieren ta’ tfal qed jisfaw vittmi ta’ malnutrizzjoni kbira – fost nies morda u bi problemi koniċi li litterlament jinsabu f’sitwazzjoni fejn qed ikollhom jiġu trattati kif jistgħu fit-toroq, minħabba li l-Isptarijiet f’Gaza huma kollha ffullatti u b’nuqqas kbir ta’ riżorsi meħtieġa f’sitwazzjoni bħal din.
Barra min hekk l-offensiva tal-Militar Iżraeljan qed tkompli bl-attakki tagħha fuq il-bażijijiet militari tal-Ħamas, liema bażijiet, skont l-Iżraeljani, jinsabu viċin akwati b’ammonti kbar ta’ ċivili.
Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netenyahu minn naħa tiegħu saħaq li pajjiżu qiegħed jipprovdi ammonti kbar ta’ prodotti essenzjali, però mhux qiegħdin jiġu mqassma kif suppost. B’Netenyahu jisħaq li l-imsemmija ‘blockade’ qed tkun effettiva minħabba li, skontu l-ammonti li qed jidħlu huma bejn wieħed u ieħor biżżejjed. Filwaqt li saħaq li d-distribuzzjoni mhux qed issir b’mod tajjeb.
F’isem il-Gvern Iżraeljan Netenyahu reġa’ kkonferma li ser ikomplu l-attakki qalili u dak kollu li hemm bżonn sabiex, kif kien wiegħed fil-bidu ta’ din is-sena, jabollixxi t-traċċi kollha tal-Ħamas f’Gaza – bil-Prim Ministru Iżraeljan jgħid li l-poplu ta’ Gaza jinsab biex jinsab minħabba d-deċiżjonijiet tal-Grupp terroristiku Ħamas.
Bil-President Emanuel Macron tenna li d-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent formali għandha ssir waqt sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York.
Hu, mill-ġdid, enfasizza l-ħtieġa urġenti li l-gwerra f’Gaza tintemm darba għal dejjem u li l-poplu Palestinjan isalva mix-xifer ta’ esterminazzjoni.
Bil-Prim Ministru Ingliż Keir Starmer jisħaq li ser ikun qiegħed jiprovdi għajnuna umanitarja bl-arjuplani fuq Gaza.
//= $special ?>