“Intennu dak li qal il-President tal-Labour Alex Sciberras, iċ-ċittadini għandu jingħatalhom widen, mhux l-iżviluppaturi biss”.
Kien il-kliem tal-għaqda non-governattiva, Flimkien għal Ambjent Aħjar fi stqarrija ppubblikata b’rabta mal-abozz ta’ liġi li ressaq il-Gvern Laburista matul il-jum tal-ġimgħa dwar riformi fl-ippjanar.
Fl-istqarrija ppubblikata, Flimkien għal Ambjent Aħjar iddeskriviet ir-riforma bħala waħda anti-demokratika u li titradixxi lill-ħaddiema u liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
L-NGO spjegat illi l-Gvern Laburista kien emenda artikolu 9 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta sabiex tinkludi obligazzjoni sabiex l-istat jippromwovi d-dritt li tittieħed azzjoni favur l-ambjent. B’dan l-abbozz tal-liġi, jkun totalment il-kontra tal-emendi msemmiha f’artikolu 9 – mossa ċara li tikser il-Kostituzzjoni Maltija.
Dan l-abbozz, kien deskritt bħala wieħed li jikser totalment id-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar aċċess pubbliku għal informazzjoni ambjentali, li l-għan tiegħu huwa dak li jipproteġi d-dritt taċ-ċittadin sabiex jgħix f’ambjent adekwat għal saħħtu u l-benesseri tiegħu.
Flimkien għal Ambjent Aħjar tenniet li din ir-riforma hija waħda anti-demokratika, u titradixxi lill-ħaddiema uċ-ċittadini Maltin.
Dan filwaqt li tenniet kliem il-President tal-Labour stess, li ddikjara li għandhom jiġu mħarsa ċ-ċittadini wkoll u mhux biss l-iżviluppaturi.
//= $special ?>