Sport Waterpolo

Stevie Camilleri jrebbaħ lil Neptunes lejn it-tmiem, Exiles jerġgħu jegħlbu lil Valletta u Marsaxlokk ikomplu jiddominaw fl-Ewwel Diviżjoni

SLIEMA FRANK SALT……….. 15

NEPTUNES BEST GYMS…… 16

(3-2), (2-4), (5-6), (5-4)

X’logħba dik! Logħba li fil-verità ħadd ma kien ħaqqu jitlef iżda finalment kienu Neptunes Best Gyms li ħarġu rebbieħa b’gowl tal-captain Stevie Camilleri, awtur ta’ logħba mill-aqwa. Għal Sliema din kienet l-ewwel telfa tal-kampjonat, telfa li tpoġġi aktar pressjoni fuqhom hekk kif l-Erbgħa jiltaqgħu kontra San Ġiljan għal min se jispiċċa l-ewwel qabel il-play-offs. Għal Neptunes dan kien l-ewwel konfront dirett mirbuħ f’dan il-kampjonat.

Sliema baqgħu fuq quddiem tul l-ewwel sessjoni hekk kif wieġbu meta Sam Gialanze u Matthias Azzopardi ġabu d-draw momentarjament, b’Angelos Vlachopoulos jagħmilhom 3-2. Neptunes fetħu t-tieni sessjoni bl-aħjar mod possibbli u dawru r-riżultat għal 5-3 b’gowls tal-aħwa Stevie u Jordan Camilleri flimkien ma’ xutt preċiż ta’ Gialanze. Il-vantaġġ doppju nżamm sa tmiem is-sessjoni sakemm xutt sabiħ mid-distanza ta’ Dino Zammit naqqas id-distakk għal gowl.

It-tielet sessjoni kienet karatterizzata minn botta u risposta iżda l-logħba sbieħet. Bi Vlachopoulos b’żewġ tkeċċijiet personali, kien kostrett jistrieħ ftit. Neptunes kellhom vantaġġi ta’ 8-5, 9-7, 11-8 u 12-9 tul is-sessjoni iżda Sliema wieġbu f’intervalli differenti fosthom gowl ieħor ta’ Dino Zammit ma’ tmiem is-sessjoni.

Dan il-gowl naqqas id-differenza għal żewġ gowls u nissel fiduċja ġdida fit-tim Slimiż. Huma bdew l-aħħar sessjoni bl-aħjar mod u doppjetta ta’ Liam Galea u gowl bejniethom ta’ Elijah Schembri, ħadu vantaġġ minimu ta’ 13-12. Neptunes inħasdu iżda ngħaqdu immedjatament u sa nofs is-sessjoni dawru r-riżultat.

Għalkemm Stevie Camilleri rdoppja l-vantaġġ żewġ minuti mit-tmiem, Sliema xorta wieġbu għamlu l-iskor 15-15 b’gowls ta’ Vlachopoulos u Jamie Gambin. B’anqas minn minuta għat-tmiem, Neptunes kien fadlilhom attakk wieħed biex jirbħu l-logħba u hawn reġa’ spikka Stevie Camilleri li għadda l-ballun wara Benji Busuttil, gowl li fisser il-gowl tar-rebħa b’27 sekonda għat-tmiem.

Sliema: N. Grixti, E. Schembri (1), L. Galea (4), J. Gambin (2), J. Cassar, B. Cachia (1), J. Cutajar (1), D. Rizzo, J. Brownrigg, A. Vlachopoulos (3), D. Zammit (3), B. Busuttil, J. Chircop, S. Engerer

Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze (2), G. Zalanki (3), L. Mallia, J. Camilleri (2), J. Valletta, S. Camilleri (6), M. Castillo (1), B. Schranz, J. Bajada, A. Fenech (1), M. Azzopardi (1), M. Rossi, E. Mallia

Referees: Attilio Paoletti, Ronnie Spiteri

EXILES WELBEE’S…………..…..……. 14

VALLETTA PEAK INSURANCE…. 10

(4-1), (2-2), (4-4), (4-3)

Kellha tkun il-logħba li forsi tipprovdi tbissima fuq il-plejers ta’ Valletta wara staġun deludenti. Minkejja sforzi tul il-logħba, Valletta Peak Insurance reġgħu ġew megħluba minn Exiles Welbee’s għat-tielet darba dan is-sajf. B’hekk Valletta baqgħu mingħajr punt fil-klassifika filwaqt li Exiles komplew ikunu konsistenti fil-prestazzjonijiet tagħhom.

Exiles ikkanċellaw il-gowl inizjali ta’ Max Zammit b’erba gowls konsekuttivi. Dan wassal biex Valletta kellhom jiġru wara r-riżultat sa mill-ewwel sessjoni. Il-vantaġġ ta’ Exiles kiber għal 6-2 sa nofs it-tieni sessjoni.

L-aħjar mument tal-Beltin seħħ fit-tielet sessjoni hekk kif minn 7-3 naqqsu d-distakk għal 8-7 fosthom żewġ man-ups skorjati. Madankollu fl-aħħar minuta, Exiles skorjaw darbtejn oħra biex bdew l-aħħar sessjoni 10-7. Id-distakk baqa’ kostanti sakemm Matteo Martellacci aċċerta r-rebħa b’lob sabiħ biex ikkontrollaw l-aħħar żewġ minuti.

Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt (2), Z. Micallef, D. Pace Lupi, T. Agius (1), M. Martellacci (3), M. Fenech (1), K. Griscti (1), K. Averka (3), K. Tanti (1), K. Navarro, D. Zahra (2), G. Galea Curmi, L. Hyzler

Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud, M. Carani (1), J. Sciberras (1), S. Busuttil, J. Colombo, M. Zammit (3), I. Nagaev (4), K. Borg, K. Erdogan (1), M. Chircop, K. Cremona, G. Borg

Referees: Michele Savino, Alex de Raffaele

BOV KAMPJONAT I DIVIŻJONI

MARSAXLOKK MFF………….. 22

TA’ XBIEX AMIGOS…………… 19

(7-2), (5-6), (4-4), (6-7)

Marsaxlokk MFF komplew jikkonfermaw il-potenzjal tagħhom b’rebħa fuq Ta’ Xbiex Amigos, f’dik li kienet id-disa’ rebħa konsekuttiva. Ix-Xlukkarji bnew vantaġġ kmieni u żammew vantaġġ komdu tul il-logħba. Huma kellhom vantaġġ ta’ tliet gowls sa nofs l-ewwel sessjoni, liema distakk kiber għal 7-2 sa tmiem is-sessjoni.

Ta’ Xbiex qatgħu qatgħu d-distakk għal 8-5 fit-tieni sessjoni iżda baqgħu fi żvantaġġ ta’ bejn tlieta u ħames gowls tul il-logħba kollha. Marsaxlokk ikkontrollaw mingħajr diffikultà bil-kowċ Sasa Misic beda jagħmel użu minn rotazzjoni kontinwa. Minkejja li l-logħba ma laħqitx xi livelli spettakolari, spikkaw xorta ż-żewġ barranin li bejniethom skorjaw kważi nofs il-gowls tal-konfront.

Marsaxlokk: J. Micallef, M. Lanzon (1), N. Bogdanovic (9), A. Aquilina (1), Z. Cutajar Licari, S. Mifsud (4), J. Pawley, R. Galea (3), J. Borg Tabone (1), A. Fava, A. Cook (3), M. Brimmer, B. Lewis, R. Spiteri

Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia, A. Camenzuli, L. Grech Carr, A. Formosa, M. Manara, F. Scardino (6), R. Pelicaric (9), N. Bonavia (1), J. Culic (2), Z. Bartolo (1), M. Naudi, A. Theuma, S. van Wyk

Referees: Neville Mercieca, Attilio Paoletti

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
Sliema980115911024
San Ġiljan980114110624
Neptunes960313710418
Sirens93061061299
Exiles92071001416
Valletta90091091620
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Logħob li jmiss

It-Tlieta 29 ta’ Lulju: Sirens v Valletta 8.30pm

L-Erbgħa 30 ta’ Lulju: Exiles v Neptunes 7.15pm, San Ġiljan v Sliema 8.30pm

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
Marsaxlokk990017412027
Otters961214111119
Marsaskala950412812815
Birżebbuġa940512511612
Ta’ Xbiex92161251358
Barracudas9009781610
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Logħob li jmiss

It-Tlieta 29 ta’ Lulju: Ta’ Xbiex v Barracudas 6.00pm, Marsaxlokk v Birżebbuġa 7.15pm

L-Erbgħa 30 ta’ Lulju: Marsaskala v Otters 6.00pm