Żewġt irġiel inżammu arrestati wara li nqabdu li fil-pussess ta’ sustanza ta’ droga li allegatament inżammet sabiex tinbigħ.
L-arresti seħħew matul il-lejl li għadda, meta waqt ronda f’Paceville, il-Pulizija l-ewwel innutaw raġel li kien qed jaġixxi b’mod suspettuż. Kien hawn li saru tfittxijiet fil-basket tiegħu, huwa pprova jaħrab iżda ġie arrestat minnufieh.
Jidher li r-raġel li għandu 32 sena mill-Ġamajka, kien aggressiv fil-konfront tal-Pulizija bil-konsegwenza li żewġ pulizija sofrew ġrieħi ħfief.
Fil-pussess tar-raġel nstabu 8 qratas ta’ sustanza allegatament kokaina u 20 qartas b’sustanza suspettat kannabis.
Il-ħidma tal-Pulziija ma waqfitx hemm, hekk kif f’aktar rondi f’Paceville, huma nnutaw persuna oħra li kienet qed taġixxi b’mod suspettuż, għalhekk saret tfittxija fuq it-tieni persuna li kellu fil-pussess tiegħu 6 qratas allegatament kannabis u ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.
It-tieni persuna ġiet identifikata bħala raġel ta’ 50 sena mill-Eritreja.
Se jkunu qed jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>