Il-goalkeeper ta’ Sliema Wanderers Emeka Kelvin Agu kellu jidaħħal b’urġenża fl-isptar wara li soffra injury fil-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet is-Sibt.
Il-goalkeeper Niġerjan ta’ 21 sena, Emeka Kelvin Agu jinsab lura d-dar wara li s-Sibt weġġa’ serjament f’daħla f’partita ta’ ħbiberija li Sliema Wanderers FC lagħbu kontra Żabbar St Patrick u rebħu 1-0.
Agu kien qed jiddefendi l-lasti Slimiżi, meta kien involut f’daħla ma’ plejer ieħor u l-partita kellha tieqaf għal xi ħin hekk kif issejħet ambulanza meta deher li l-gowlkiper kellu bżonn aktar attenzjoni medika. Agu ddaħħal l-isptar iżda wara li nżamm għall-osservazzjoni, llum intbgħat lura d-dar.
Agu ngħaqad ma’ Sliema Wanderers fl-2023 meta nħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Leevon Saldus mil-Litwanja. Huwa prodott ta’ Olympic Hybrid, klabb min-Niġerja.
L-istaġun li għadda huwa serva bħala l-ewwel goalkeeper ta’ Sliema wara t-trasferiment ta’ Rasheed Al Tumi ma’ Sheriff Tiraspol fil-Moldova, madankollu bir-ritorn ta’ Al Tumi mal-Wanderers, għadu mhux ċert min se jkun l-ewwel keeper ta’ Sliema għall-istaġun li ġej.
L-istaġun li għadda Agu lagħab 37 partita mal-Blues, u kkonċeda 36 gowl filwaqtli żamm 14-il cleansheet. Huwa ukoll akkumula żewġ karti sofor.
Emeka Kelvin Agu jidaħħal b’urġenża l-isptar waqt il-partita ta’ ħbiberija bejn Sliema Wanderers u Żabbar SP
