Atletika Sport

Ikomplu s-suċċessi mill-atleti Maltin fl-atletika internazzjonali

Hekk kif bħalissa għaddejjin il-Kampjonati Balkani tal-European Athletics, fil-Pantessalaiko Stadium fil-Greċja l-Maltin ikomplu jimpressjonaw u jagħmlu unur kbir lill-pajjiżna.

Riżultat mill-aqwa fit-800 metru minn Gina McNamara li temmet fir-raba’ post f’2 minuti u 2.85 sekondi. Fl-ewwel post temmet Dilek Kocak tat-Turkija f’2 minuti u 1.73 sekondi qabel Georgia Maria Despollari tal-Greċja f’ 2 minuti u 2.53 sekondi filwaqt li fit-tielet post qabel Gina McNamara temmet is-Slovena Nina Vukovic f’2 minuti u 2.53 sekondi.

B’2 minuti u 2.85 sekondi Gina McNamara tejjbet b’mod sostanzjali fuq l-aħjar ħin tagħha li kien ta’ 2 minuti u 3.13 sekondi. Fl-istess Kampjonati Balkani, fil-finali tal-5000 metru mirbuħa minn Elzan Bikic tas-Serbija f’14 il-minuta u 3.83 sekondi, Dillon Cassar temm fis-7 post f’14 il-minuta u 41.05 sekondi filwaqt li Simon Spiteri temm fit-8 post f’14 il-minuta u 50.83 sekondi.

Fil-Logħob tal-FISU – Federazzjoni Internazzjonali tal-Isport tal-Universitajiet, f’Bochum,fil-Ġermanja, għall-ewwel darba fl-istorja tal-atletika, Rachela Pace fit-triple jump għaddiet għal finali wara li qabżet 13.25 metri biex temmet fit-tmien post.

B’qabża ta’ 12.91 metri fil-finali, Rachela Pace temmet fil-11 il-post.